“Aurelio fl-aħħar jinsab lura d-dar” – Gloriana

Wara li ftit aktar minn ġimgħa ilu Maestro Aurelio Belli ddaħħal l-isptar għal inetrvent mediku pjuttost delikat, issa huwa jinsab lura d-dar tiegħu flimkien ma’ martu, il-kantanta Gloriana u binthom Alexandra.

“Aurelio fl-aħar jinsab lura d-dar u jidher tajjeb,” kitbet Gloriana waqt li żiedet li t-triq biex jirkupra se tkun waħda twila peress li l-uġigħ u l-iskumdità huma kontinwi.

“Madankollu, huwa qed jaqleb għall-aħjar kuljum,” kompliet tgħid hi, waqt li rringrazzjat lit-tabib tal familja Conrad Zammit kif ukoll l-ispeċjalisti, it-tobba u l-infermjieri tal-Cardiac Surgical Ward u s-CICU tal-isptar Mater Dei.

“Nirringrazzjaw lill-qraba, ħbieb u kollegi għat-talb u l-appoġġ tagħhom. Ma nafux kif konna ngħaddi minn dan kollu mingħajr l-appoġġ ta’ kulħadd,” temmet tgħid Gloriana.

Intant, Maestro Paul Borg tal-Versatile Brass, flimkien mal-mara tiegħu Andreina, ħejja wkoll filmat qasir ta’ awgurju għal Aurelio.

With much love to you Mro. Aurelio Belli ❤💙❤💙❤ from all of the big Versatile Brass family ! Get well soon brother !

Posted by Paul Borg on Saturday, September 19, 2020

Awguri Aurelio u nittamaw li ma ndumux ma nergħu narawk fuq xi palk.