Auditions ta’ X Factor għall-ambaxxatur Malti fil-Eurovision

L-avventura ta’ X Factor f’Malta bdiet illum, b’2 tined fejn jistgħu japplikaw il-kantanti jitfaċċaw fi bnadi differenti ta’ Malta.

X Factor Malta ħabbru fuq Facebook li n-nies imħajrin jidħlu għal din l-avventura jistgħu jiksbu aktar informazzjoni u japplikaw fiż-żewġ tined li tfaċċaw illum, waħda qrib il-Pavi f’Ħal Qormi u oħra fil-Belt Valletta.

Kull ġimgħa se jittellgħu tined fi nħawi differenti f’Malta, b’X Factor Malta jħabbru fejn se jkunu fuq is-siti soċjali tagħhom.

👋 X Factor Malta pop-up audition booth 🎤🗓 Today, Saturday 30th of June⛺️ PAVI Shopping Complex and Valletta (in…

Posted by X Factor Malta on Saturday, June 30, 2018

Għadu ma tħabbarx min huma l-erba’ persuni fil-ġurija, fosthom min se jkun Simon Cowell ta’ Malta, iżda din l-informazzjoni għandha tingħata fil-ġimgħat li ġejjin.

Għandu jkun hemm tinda ta’ informazzjoni oħra għada fil-Pama, il-Mosta, bejn id-9am u 12pm.

Min jixtieq japplika jista’ wkoll jibgħat filmat ta’ prova fuq Whatsapp fuq in-numru 77062018.