Awdjo: Jikkampjaw fuq il-baħar għal tlett ijiem

Scouts li jiffurmaw parti mill-Mosta Scout Group organizzaw kamp mhux tas-soltu.
Fl-aħħar ġranet 15-il żagħżugħ kienu impenjati bil-preparamenti biex jibnu raft li fuqu jistgħu jorqdu għal tlett iljieli f’Baħar iċ-Ċagħaq.
F’kummenti lil Newsbook.com.mt, Sean Bartolo, parteċipant f’dan il-kamp spjega kif il-ħolma tiegħu li jibnu kamp bħal dan tmur lura għal sentejn ilu. Huwa spjega kif it-tħejjijiet għal dan il-kamp kienu ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur u kien jinvolvi l-għajnuna tal-parteċipanti kollha.
Meta mistoqsi dwar l-esperjenza waqt il-kamp, Bartolo sostna li billi din l-attività kienet se ssir għall-ewwel darba ġabet ċertu sfidi iżda l-grupp mal-ewwel bidel din l-isfida f’opportunità ta’ għaqda fit-tim.  Bartolo qal li bħala tim għenu lil xulxin biex ikollhom esperjenza mill-isbaħ.