Aubameyang ried lil Arsenal

Skont is-sit Gol Digital, Arsenal kellhom vantaġġ fuq Real Madrid għall-akkwist tal-attakkant mill-Gabon, Pierre Emerick Aubameyang.
Dan tal-aħħar telaq lil Borussia Dortmund sabiex ingħaqad mat-tim illi jilgħab fl-Emirates Stadium.
Sadanittant Los Blancos kellhom iċ-ċans illi jixtru lil Aubameyang bi prezz irħas minn dak li nxtara hekk kif kienu se joħorġu minn buthom €55 miljun, bil-Gunners jakkwistawh €10 miljun iktar.
Madankollu r-rieda tal-plejer meta spiċċa minn ma’ Borussia Dortmund kienet ċara; li jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż aktar milli fil-La Liga Spanjola.
Aubameyang inxtara minn Arsenal għas-somma ta’ €65 miljun.