Aubameyang jiskurja darbtejn kontra Vorskla Poltava

Pierre-Emerick Aubameyang skurja żewġ gowls hekk kif Arsenal rebħu l-ewwel logħba tagħhom fl-Europa League b’riżultat ta’ 4-2 kontra Vorskla Poltava.

L-eks attakkant ta’ Borussia Dortmund fetaħ l-iskor wara 32 minuta u Danny Welbeck żied it-tieni gowl fil-bidu tat-tieni taqsima. Aubameyang skurja t-tieni gowl tiegħu meta poġġa l-ballun fir-rokna tax-xibka fis-56 minuta.

Mesut Ozil niżżel ismu fost il-plejers li skurjaw ftit wara li daħal fil-logħba bħala sostitut. Vorskla Poltava skurjaw żewġ gowls ta’ konsolazzjoni lejn tmiem il-konfront grazzi għal Volodymyr Chesnakov u Vyacheslav Sharpar.