Aubameyang jfakkar lil Astori

Fost il-ħafna messaġġi illi waslu f’dawn l-aħħar 24 siegħa wara l-mewt tal-plejer ta’ 31 sena li kien jilgħab ma’ Fiorentina Davide Astori wieħed partikolari kien dak tal-attakkant ta’ Arsenal Pierre Emerick Aubameyang. Dan tal-aħħar kien jilgħab ma’ AC Milan bejn l-2008 u l-2011 u Astori kien wieħed mill-kollegi tiegħu fit-tim.
Il-plejer mill-Gabon, li huwa tliet snin iżgħar minn Astori, fuq il-paġna tiegħu fuq Twitter ried ifakkar il-memorja ta’ dan il-plejer illi miet f’qasir il-għomor fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd qabel il-logħba li kellhom jilagħbu Fiorentina kontra Udinese.
Aubameyang qal illi jinsab bla kliem u sostna li jiftakar qisu lbieraħ il-mumenti illi kien jqattgħu flimkien bħala ħbieb wara s-sessjonijiet ta’ taħriġ f’Milanello.