Atturi Maltin jingħaqdu b’risq pazjenti tas-saħħa mentali

Għat-tieni sena konsekuttiva, uħud mill-aqwa atturi f’Malta se jingħaqdu f’Il-Mixja 2014, produzzjoni teatrali b’risq persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li huma klijenti tal-Isptar Monte Karmeli.
Il-ġonna ta’ madwar l-Isptar Monte Karmeli se jinbidlu għat-toroq ta’ Ġerusalemm u l-udjenza se ssir parti mill-istorja tal-passjoni ta’ Kristu mill-ort tal-Ġetsemani sal-Golgota.
Inħawi differenti fil-ġonna u l-għelieqi se jservu bħala sfond għad-diversi xeni u monologi.
Fost l-atturi hemm John Suda, Moira Muscat, Triccas, Renato Dimech, Neville Refalo, Ivan Debattista, Sarah Camilleri, Simone Debattista u ċ-ċkejkna Geordie Schembri.
“Il-Mixja” ser ssir it-Tlieta 15 t’April fit-8pm u l-Erbgħa 16 t’April fit-8pm. Il-biljetti jiswew €5. Tfal taħt it-12-il sena jidħlu b’xejn.
Il-qliegħ kollu jmur sabiex ikomplu jiġu megħjuna l-klijenti fil-qasam tas-saħħa mentali.
Għall-iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 77070701 jew jibgħat imejl fuq ilmixja@gmail.com.