Atturi, kantanti u oħrajn li ħallewna fl-2020

Meta għaddew biss ftit aktar mill-ewwel erba’ xhur tas-sena 2020 diġà tlifna bosta personalitijiet li kienu familjari ħafna magħna. Moħħna mitluf dwar l-imwiet kaġunati mill-imxija tal-Covid-19, imma dawn l-imwiet ma kinux kawża ta’ hekk. Hawn taħt qed nagħtukom xi ismijiet minn fost bosta li ħallewna.

Il-plejer leġġendarju Amerikan tal-NBA Kobe Bryant ta’ 41 sena miet ma’ bintu Gianna ta’ 13-il sena meta waqgħu b’ħelikopter f’Jannar.

L-attur Kirk Douglas li ta l-ħajja lil Spartacus fil-film bl-istess isem, li meta fl-età venerabbli ta’ 103 snin.

Is-superstar tal-Country Kenny Rogers miet b’kawżi naturali ta’ 81 sena. Jibqa’ magħruf għall-kanzunetta tas-Snin 70 u 80 The Gambler, Lady u Islands in the Stream.

Il-karattru li fis-sensiela The Virginian tas-Snin 60 qatt ma nagħta isem kien interpretat minn James Drury li miet b’kawżi naturali ta’ 85 sena

L-attriċi Ingliża Honor Blackman mietet ta’ 94. Baqgħet magħrufa għall-parti tagħha ta’ Pussy Galore film film ta’ James Bond Goldfinger.

Il-preżentatriċi Ingliża Caroline Flack ikkommettiet suwiċidju fl-età ta’ 40 sena. Kienet tippreżenta Love Island, wieħed mill-aktar programmi segwiti fir-Renju Unit.

L-attur Max Von Sydow miet fl-età ta’ 90 sena. Deher f’Game of Thrones, The Exorcist u The Seventh Seal.

Attur ieħor li ħalliena kien Mark Blum (xellug) li baqa’ msemmi għall-parti li kien ħadem fil-film Desperately Seeking Susan tal-1985. Kellu 69 sena.  Miet ukoll l-attur Stuart Whitman (lemin) li ħadem films Westerns ma’ John Wayne li miet ta’ 92 sena. Kien nominat għal Oscar fl-1962 għall-parti tiegħu fil-film The Mark. Deher ukoll fuq it-TV f’Cimarron Strip, Knots Landing u Murder, She Wrote.

Aktar riċenti, nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju, miet il-kantant leġġendarju tar-Rock ’n’ Roll Little Richard fl-età ta’ 87 sena.