Filmat: Atturi ġodda għal Deċeduti

Tiftakruha s-sensiela Deċeduti? Din is-sensiela jidher li kien hemm pjan li tingħata ħajja ġdida hekk kif it-tim tal-produzzjoni Take Two li pproduċew is-sensiela oriġinali, kienu qed iqisu l-possibilità li jieħdu din is-sensiela fis-suq internazzjonali televiżiv bl-isem ta’ Happily Never After.

Mill-informazzjoni maħruġa fuq is-sit ta’ Take Two, din is-sensiela kien maħsub li jkollha 52 puntata u kellha timxi fuq l-istess bażi tas-serje Deċeduti.

L-istorja hi dwar Percival Glanville Ormond li jwettaq frodi fl-assigurazzjoni u bil-flus li jikseb jibni blokk appartamenti li fih jibdew iħufu l-iħirsa li kien hemm fid-dar li kien waqqa’.

Il-filmat promozzjonali għad-Deċeduti l-ġdid ilu lest u jidher li l-cast ta’ atturi, għajr Mario Cassar, kien se jkun differenti mill-cast li rajna fis-sensiela oriġinali. Filfatt il-protagonisti huma maħsuba li jkunu Sean Knopp, Jo Caruana, Mario Cassar, Jonathan Dunn, Anthony Edridge, Paul Falzon u Steffie Thake li lkoll jidhru fit-trailer għal din is-sensiela.

​Dan il-proġett se jkollu kitba ta’ Carlos DeBattista u Jon Mallia b’direzzjoni ta’ Abigail Mallia filwaqt li d-direttur tal-fotografija huwa Mirko Galea. Il-mużika hi ta’ Mirko Galea u Analise Mifsud.