Attur ta’ Glee arrestat fuq pornografija tat-tfal

Mark Salling, magħruf aħjar bħala Noah "Puck" Puckerman fuq is-seniela Glee, ġie arrestat fuq akkużi li kellu fil-pussess tiegħu pornografija tat-tfal.
Salling, li għandu 33 sena, ġie arrestat f’Sunland, California iżda ngħata ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ $20,000.
Ilbieraħ Pulizija marru fir-residenza tiegħu u minn tfittxija li saret fuq il-kompjuter tiegħu nstabu aktar minn elf ritratt indiċenti tat-tfal.
Salling mistenni jitressaq il-Qorti fit-22 ta’ Jannar li ġej u jista’ jingħata sa massimu ta’ 5 snin priġunerija.