Attur mill-Game of Thrones milqut bil-coronavirus

Kristofer Hivju, attur popolari mis-sensiela Game of Thrones, ħabbar li ntlaqat bil-coronavirus u jinsab fi kwarantina flimkien mal-familja tiegħu. Ir-raġel Norveġiż kien ħadem il-parti ta’  Tormund Giantsbane fis-sensiela tal-HBO. Dan l-aħħar ħadem fil-film Downhill u kien jidher ukoll fit-tieni staġun ta’ The Witcher li bħalissa twaqqfet il-produzzjoni tagħha.

Fuq l-Instagram l-attur kiteb li jiddispjaċih iħabbar li ttestja pożittiv għall-Covid-19.

“Il-familja tiegħi u jien qed niżolaw irwieħna d-dar għal kemm ikun hemm bżonn,” kompla. It-tnejn ninsabu tajbin u bħalissa għandna qisu riħ. Imma ftakru li hemm oħrajn li huma f’kundizzjoni ferm agħar minn tagħna.

“Aħslu jdejkom,” kompla Kristofer Hivju, “ u żommu distanza ta’ metru u nofs minn oħrajn, agħmlu kwarantina u igħnu lil xulxin biex ma nħallux dan il-virus ikompli jinfirex. Nevitaw kriżi fl-isptarijiet. Ipproteġu lill-anzjani u lil dawk b’kundizzjoni f’saħħithom.”

L-aħbar dwar Kristofer Hivju ħarġet wara li l-attur Ingliż Idris Alba u l-Amerikan Tom Hanks kienu vittmi wkoll tal-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn