Attur Malti jdewwaq lill-pubbliku qabel jieħu produzzjoni f’Londra

L-attur komiku popolari Malti, Chris Dingli, se jdewwaq lill-pubbliku Malti l-kummiedja Bad Dad qabel imur biha f’Londra.
Bad Dad hi semi-awtobijografika u tirrakkonta, b’mod mill-iktar divertenti, id-diffikultajiet ta’ raġel li jsir missier għall-ewwel darba.
Hi rakkont mill-iktar onest u tad-daħk tal-esperjenza ta’ Dingli bħala missier s’issa.
Bad Dad se ssir mit-8 ta’ Mejju f’The Splendid fi Strada Stretta fil-Belt Valletta.
Wara, tmur Londra fejn Dingli qatta’ 11-il sena jaħdem bħala attur nkluż fl-aħħar rappreżentazzjonijiet ta’ Michael Bay 13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi u Doctors fuq BBC1.
Dingli ħa sehem fil-produzzjoni One Night Comedy Special li saret fit-Teatru Manoel fi Frar, bl-interpretazzjoni tiegħu fir-rwol ta’ Felix f’The Odd Couple taqla’ t-tifħir tal-pubbliku u l-kritiċi.
Iktar informazzjoni tinkiseb minn hawn.
Ritratt: Franco Rizzo