​Attriċi ta’ Smallville akkużata bi traffikar sesswali

L-attriċi Amerikana Allison Mack qed tiġi akkużata li għenet għal skopijiet ta’ traffikar sesswali bħala parti minn grupp li ried jidher li qed jgħin persuni vulnerabbli.
Allison Mack hija l-aktar famuża minħabba li ħadet sehem fis-sensiela “Smallville”.
Il-kap ta’ dan il-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu bħala “grupp ta’ għajnuna”, huwa Keith Raniere li ġie arrestat mill-FBI fil-Messiku x-xahar li għadda.
L-attriċi Amerikana li għandha 35 sena, qed tiġi akkużata li għenitu jsib nisa biex jiġu sfruttati sesswalment jew fuq xogħol. Hija wieġbet li mhijiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.