Attriċi ta’ Glee maħsuba mejta

Read in English.

L-attriċi Naya Rivera li bosta żgur jiftakruha bħala Santana Rodriguez fis-sensiela popolari Glee qed tiġi suspettata li hija mejta wara li lbieraħ wara nofsinhar binha ta’ 4 snin instab waħdu fuq dgħajsa fix-xmara Piru f’California.

L-attriċi kienet kriet id-dgħajsa u marret fuqha flimkien ma’ binha. Hi però ma dehret qatt iktar filwaqt li l-karozza tagħha baqgħet ipparkjata fl-istess post ħdejn ix-xmara.

Bħalissa għaddejja t-tfittxija għall-attriċi u kantanta iżda l-aħħar raporti jgħidu li l-ikbar possibilità hi li għerqet.

It-tifel instab rieqed fuq l-istess dgħajsa u għalhekk ma jistax jirrakkonta l-fatt kif ġraw.