Attivitajiet kummerċjali issa fil-faċilitajiet sportivi

Għaqdiet sportivi issa jistgħu jinvestu fil-faċilitajiet tagħhom, anke permezz ta’ investituri privati li jkunu lesti jinvestu magħhom.
Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius, meta ħabbar li federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet sportivi se jkunu jistgħu jwettqu kull attività kummerċjali skont il-liġi, ħlief nightclubs, ħwienet tal-logħob tal-azzard, u hotels u hostels b’mod ristrett u b’relazzjoni mal-attività sportiva.
Permezz ta’ din il-liġi, ġiet introdotta wkoll l-fakultà li tingħata art b’emfitewsi, iżda se ssir ukoll bidla fil-kuntratti li hemm sal-lum. Fil-maġġoranza tagħhom, dawn il-kuntratti jippermettu biss li jkun hemm bottegin għall-membri għal użu iktar kummerċjali.
Waqt it-tnedija tal-liġi dwar il-kummerċilizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, ħabbar ukoll li se tibda tingħata art b’titolu ta’ emfitewsi temporanja lil federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet sportivi.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott