​Attivitajiet interessanti mill-ASMK

Nhar is-Sibt li ġej, għall-ħabta tal-4pm fil-Kumpless Sportiv tal-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) f’Ta’ Qali se ssir attvità bil-Muturi Endurocross.
Għall-ewwel darba fl-istorja se naraw mhux biss Muturi Motocross imma anki Muturi mis-sezzjoni Enduro fl-istess korsa.
Fit-8pm se jidħlu fl-azzjoni l-karozzi tal-Autocross u għal darb’ohra taħt id-dawl artificjali ser issir it-tiġrija msejjħa Endurance Race.
F’din it-tigrija jirbaħ min jagħmel l-iktar dawriet f’siegħa.
Fl-aħħar edizzjoni li saret, ġew reġistrati 82 dawra u din id-darba l-Assocjazzjoni iddecidiet li tirreġistra din l-attività fil-Malta Records bħala l-ewwel l-itwal tiġrija bil-karozzi fil-korsa. 
Se jieħdu sehem madwar tmien karozzi li jista jkollom sa tliet sewwieqa fuq kull karozza.
Kull kompetitur irid isegwi bir-reqqa r-regolamenti għax jistgħu jitnaqqsu n-numru ta dawriet bħala penali.
Intant nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru, il-membri tal-ASMK, bħalma jagħmlu kull sena, se jagħmlu ġurnata xogħol volontarju ġewwa id-Dar tal-Providenza.
Ix-xogħol se jinkludi tindif fil-ġonna kollha tal-madwar, tikħil, tibjid u xogħlijiet oħra.
Fl-aħħarnett, nhar il-Ħadd 21 ta’ Settembru, l-ASMK flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Sports Board, sa torganizza attvità bil-Karozzi Autocross f’Ta’ Marziena fis-Sannat.
Id-dħul kollu minn din l-attività ser imur għal Fondazzjoni Arka.