Attivitajiet għall-karnival f’Raħal Ġdid

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival 2020, il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid se jkun qed itella’ żewġ attivitajiet interessanti ħafna. 

L-ewwel attività ser tkun Dramm qasir bl-isem ta’ Mickey. Dan id-dramm qed jittella’ miċ-Ċentru Anzjanità Attivà tal-Kunsill Lokali Paola flimkien mad-Drama Unit (MEDE) u l-istudenti tal-iskola ALP.  Infatti ser ikunu qed jieħdu sehem kemm studenti tal-iskola ALP kif ukoll anzjani li jattendu iċ-Ċentru ta’ Anzjanità attiva tal-Kunsill Lokali Paola. 

Id-dramm ser ikun qed jittella’ nhar il-Ħamis 20 ta’ Frar fl-10.30am fis-Sala tal-iskola ALP Paola (eks Ġuże d’Amato). Dħul huwa b’xejn però wieħed huwa imħeġġeġ jibbukkja billi jċempel fuq 2166 4066. Dan il-proġett huwa tassew interessanti fid-dawl li qed jgħaqqad kemm anzjani kif ukoll studenti flimkien.

L-għada l-Ġimgħa 21 ta’ Frar ser ikun qed jittella’ spettaklu tal-Karnival fil-Pjazza De Paule li jibda bi sfilata Karnivaleska fis-6.00pm bis-sehem ta’ baned lokali u Brażiljani u maskri grotteski fost l-oħrajn; kif ukoll spettaklu ta’ żfin u kant quddiem il-Knisja ta’ Kristu Re bis-sehem ta’ diversi kumpaniji taż-żfin.

L-attenzjoni u l-ispazju tal-media għal dawn l-attivitajiet ikun apprezzat ħafna.