Attività tal-Imnarja fil-villaġġ agrikolu Gozitano fix-Xewkija

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar l-avveniment Farm to Fork li se jittella’ għall-ewwel darba nhar is-27 u it-28 ta’ Ġunju, fil-Gozitano fix-Xewkija.
F’din l-attività mtella’ mill-Konfederazzjoni Għawdxija tal-Agrikoltura u s-Sajd se jkun hemm ikel u xorb tradizzjonali fil-festa tall-Imnarja.
Din l-attività li se tiffoka fuq il-bejgħ dirett mill-produtturi lill-konsumatur.
It-tfal se jkollhom post fejn jistgħu jiddevertu kif ukoll se jkun hemm l-opportunità li jaraw l-annimali li r-raħħala Għawdxin irabbu.
Matul l-istess attività, il-pubbliku se jkun jista jipparteċipa fi spettaklu ta’ tisjir li se jittella’ minn kokijiet ta’ fama internazzjonali u li huma speċjalizzati fit-tagħlim tat-tisjir.
Fl-istess waqt dawk preżenti se jingħataw il-possibbiltà li jagħmlu żjarat lil diversi azjendi lokali bħal razzett tal-faqqiegħ, il-birrerija artiġjanali u l-Gozo Cottage li kollha joperaw mill-istess villaġġ agrikolu.
Farm to Fork se tilħaq il-qofol tagħha b’ikla tradizzjonali tal-Imnarja.
Fl-istess waqt kokijiet ta’ fama internazzjonali se jkunu qed joffru wkoll ikla Sqallina nhar is-Sibt 27 ta’ Ġunju kif ukoll pranzu tipikament Malti il-Ħadd 28 ta’ Ġunju.

Ritratt: MGOZ George Scerri