​Attività internazzjonali tat-Table Football f’Malta

Fi tmien il-ġimgħa, il-Federazzjoni Maltija tat-Table Football se torganizza l-ewwel attività internazzjonali ġewwa l-Klabb tal-Banda 12th May f’Ħaż-Żebbug, f’Malta.
Is-Sibt tintlagħab il-kompetizzjoni tat-timijiet, filwaqt li l-Ħadd jintlagħbu l-Open u l-kategoriji ta’ taħt il-15 u d-19-il sena.
Il-logħob jibda fid-disgħa ta’ filgħodu.
Il-Federazzjoni ħabbret ukoll illi l-ewwel ġurnata tal-kompetizzjonijiet lokali jibdew il-Ħadd 19 t’Ottubru.
Dawn ikunu jikkonsistu fil-loghob tal-premier u l-ewwel diviżjoni, kif ukoll il-kategoriji tal-veterani u ta’ taħt il-15 u d-19-il sena.
Ir-rebbieħa tal-kategoriji kollha jidħlu biex jipparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja illi se ssir fl-Italja għat-tieni ġimgħa ta’ Settembru 2015.