L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bikes organizzat ħarġa bir-roti għat-tfal biex tħajjarhom jipprattikaw l-isport taċ-ċikliżmu.
Il-ħarġa li saret fil-5 ta’ Awwissu bdiet fil-Bidnija u ħadu sehem tfal bejn l-10 u s-16-il sena. Ir-rotta kienet twila 13-il kilometru. L-assoċjazzjoni talbet l-assistenza taċ-ċiklisti esperjenzati tagħha biex jassistu lit-tfal.
Għal aktar dettalji dwar l-assoċjazzjoni tista’ tidħol hawn.