Attività fir-riserva naturali għall-ftuħ tal-istaġun

Fir-riserva naturali Is-Simar illum ittellgħet attività biex timmarka l-ftuħ tar-riserva għax-xitwa kif ukoll bħala tnedija tal-ktieb Merħba fir-rifuġju ta’ kobikisa!. Dan il-ktieb kien adattat għall-Malti minn Loranne Vella.
Għall-attività, li ttellgħet mill-għaqda ornitoloġika Birdlife Malta flimkien ma’ Merlin Publishers, attendew bosta tfal. Dawk li attendew setgħu jieħdu sehem f’numru ta’ attivitajiet, fosthom qari minn kotba tal-kittieb magħruf Trevor Zahra, kif ukoll logħob ieħor.
Fost is-siltiet li nqraw waqt l-attività kien hemm uħud mill-ktieb Il-Bogħod mill-Ħabs, xogħol ta’ Trevor Zahra u li għandu rabta mill-qrib mat-tema ekoloġika.
Il-kelliema għal Birdlife Malta Hannah Chisholm qalet li għal Birdlife, l-opportunità li familji jesploraw in-natura hi ta’ importanza kbira għall-għaqda. Qalet ukoll li r-riserva issa se tibqa’ miftuħa fi kmiem kull ġimgħa sa Mejju.