Attività f’Għawdex biex tfakkar il-kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II

Nhar il-Ħadd li ġej se tittella’ lejla ta’ poeżija u mużika fix-Xlendi, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.
L-attività tibda fis-5.45pm fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi. Se jipparteċipaw fost l-oħrajn għadd ta’ poeti Għawdxin b'animazzjoni mill-Youth Academy.
Din il-lejla se tittella’ mill-Kumitat Amministrattiv tax-Xlendi, il-Fondazzjoni JP2 u r-rettur tal-Knisja tax-Xlendi.