Attivisti tas-Shia jassedjaw u jidħlu fil-Parlament tal-Iraq

Attivisti tal-grupp Shia daħlu fil-bini tal-parlamanet fl-Iraq jipprotestaw wara li l-membri parlamentari qed ikaxxkru saqajhom biex ikun iffurmat kabinett ġdid.
Mijiet ta’ attivisti rnexxielhom jidħu fil-parlament u jkissru u jisirqu kull ma jsibu wara li l-membri parlamentari reġgħu ma ltaqgħux biex jivvutaw għal kabinett ġdid.
Il-mexxej tagħhom, il-kjeriku Moqtada as-Sadr, qed iħeġġeġ lill-Prim Ministru, Haider al-Abadi, biex ibiddel lill-ministri u minflokom jagħżel ministri teknokratiċi li jkunu ‘l bogħod mill-politika partiġġjana.
Partiti b’saħħithom ilhom għal diversi ġimgħat jirrifjutaw li jivvutaw fil-Parlament biex japprovaw din il-bidla.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li d-dimostranti waqqfu lill-membri parlamentari milli jaħarbu mill-bini tal-parlament.