Attivisti tal-Greenpeace mixlija b’piraterija mill-Gvern Russu

Il-Gvern Russu fetaħ inkjesta fuq allegazzjonijiet li attivisti tal-Greenpeace wettqu piraterija fuq rig taż-żejt tal-Gazprom fil-baħar Artiku.

Kelliem għall-Kremlin qal li dawn l-attivisti se jiġu mixlija indipendentament min-nazzjonalita’ tagħhom.

Il-bastiment li fuqu kienu l-attivisti ġiet issekwestrata u jinsab sorġut fil-port ta’ Murmansk.