Attivisti quddiem il-Parlament; Il-PM jgħid li mhux veru ħarabhom

Grupp ta’ nisa marru quddiem il-Parlament biex jagħtu l-ittra tagħhom lill-Prim Ministru Joseph Muscat wara li qalu li dan insista li ma kien irċieva xejn, iżda skont il-grupp dan "uża bieb ieħor".
Ma’ Newsbook.com.mt, rapreżentanta tal-grupp qalet li minkejja li l-grupp stenna quddiem il-Parlament biex jassigura li l-ittra tasal għand Muscat, spjegaw li dan għażel li jidħol minn bieb differenti minn dak li juża s-soltu.
Waqt is-seduta tal-Parlament tal-lum, Muscat spjega li ilu tard minn wara nofsinhar ġewwa l-bini tal-Parlament u li dan jista' jiġi kkonfermat mill-kameras tas-sigurtà.
Mitlub mill-Prim Ministru biex jirtira il-kummenti li kien għamel aktar kmieni, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Simon Busuttil qal li kien qed jikkwota l-isoċjetà ċivili. Però qal li jaċċetta l-ispjega li ngħatat mill-Prim Ministru.
Aktar kmieni, Busuttil kien qal li Muscat beża’ jgħaddi minn quddiem il-grupp ta’ nisa.
Biex jegħlbu din l-isfida, il-grupp talab l-għajnuna tal-Membru Parlamentari Marthese Portelli biex tippreżenta l-ittra tiegħu lill-Prim Ministru ħalli din id-darba tasallu żgur.
Il-grupp ta' Occupy Justice ċċirkola wkoll l-istqarrija li dan qara quddiem il-Parlament:


Ritratt: Pia Vassallo