Attivisti jitolbu sabiex SeaWorld iwaqqaf l-isfruttar tad-dniefel

FILE PHOTO: A bottle nose dolphin swims underwater in a pool at the animal theme park SeaWorld in San Diego, California March 19, 2014. REUTERS/Mike Blake/File Photo

Read in English.

Snin wara li d-dokumentarju bl-isem ta’ Blackfish beda moviment biex jitwaqqfu l-ispettakli bil-baleni f’SeaWorld, attivisti għad-drittijiet tal-annimali fl-Istati Uniti qed jitolbu sabiex jieqfu wkoll l-ispettakli bid-dniefel fil-parks akwatiċi.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet viċin SeaWorld fil-park ta’ San Diego, il-grupp People for the Ethical Treatment of Animals (PETA) ħarġu rapport li jiddokumenta problemi fiżiċi u ta’ atteġjament li jsofru d-dnifel mill-użu tagħhom f’avvenimenti u minħabba li jinsabu maqfulin.

L-akbar inkwiet tagħhom huwa meta l-persuni li jħarrġu lid-dniefel jirkbu lid-dniefel bħala parti mill-ispettaklu, inkluż fuq darhom u anke l-munqar. Dan qalitu l-veterinarju tal-PETA Dr Heather Rally. Jidher li dawn it-tip ta’ stunts joħolqu pressjoni u ħsarat fuq ix-xedaq ta’ taħt tad-dniefel kif ukoll jistgħu jikkawżawlhom problemi bis-smiegħ.

Għaldaqstant qed jitolbu li SeaWorld iwaqqaf b’mod immedjat l-użu tad-dniefel bħala surf-boards, filwaqt li jirtiraw lil dawn l-annimali f’santwarji viċin il-baħar sabiex tingħatalhom opportunità għal ħajja aħjar.