Attivisti jitkaxkru ‘l barra mill-bini tal-PA; isofru ġrieħi

Moviment Graffitti

Xi attivisti li dalgħodu marru jipprotestaw kontra applikazzjoni ta’ pompa tal-petrol fiż-Żejtun spiċċaw tkaxkru ‘l barra mill-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar mill-Pulizija wara li ddeċidew li jidħlu jipprotestaw fil-bini. Jidher li xi wħud mill-attivisti ġarrbu xi ġrieħi ħfief.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u spjegat li kawża ta’ argument li seħħ fuq il-post issejħu l-Pulizija tal-RIU.