Filmat: Attivisti jinġabru quddiem il-Parlament fil-Belt

Read in English.

LIVE: Protesta fil-Belt Valletta

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, January 29, 2020

Attivisti nġabru quddiem il-Parlament illejla fi protesta kontra l-korruzzjoni. Din hija l-ewwel protesta organizzata mill-NGO għas-Saltna tad-Dritt (rispett lejn il-liġi) Repubblika u l-grupp Occupy Justice wara l-ħatra ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru ta’ Malta.

Il-protesta ssejħet wara li ħareġ li l-eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ngħata kuntratt ta’ konsulent xi ġimgħatejn wara li rreżenja minn Ministru. Dak iż-żmien, il-portafoll tat-turiżmu waqa’ f’idejn il-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan hekk kif ħadd ma kien tpoġġa fil-kariga ta’ Mizzi.

Il-kuntratt ġie rtirat mill-Ministru għat-Turiżmu kurrenti Julia Farrugia Portelli. Dan wara li hi ħadet il-pariri neċessarji dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt.

Dalgħodu l-makfar ta-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġie vandalizzat b’likwidu aħmar li aktar tard tnaddaf mill-Gvern.