Ritratti: Attivisti jiftħu l-grada biex ikun hemm aċċess għal Manoel Island

Attivisti mill-Kamp Emerġenza Ambjent dalgħodu fetħu l-grada li kienet qed timblokka l-aċċess ta’ Manoel Island għall-pubbliku.
L-attivisti ngħaqdu mas-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche, hekk kif il-Kunsill Lokali tal-Gżira dan l-aħħar beda proċeduri legali kontra l-konsorzju MIDI.
Il-Kunsill qed isostni li dan il-konsorzju qed imur kontra dak li hemm fil-kuntratt, meta qed jimbarra l-aċċess għall-pubbliku għax-xatt ta’ Manoel Island.
Intant fi stqarrija separata, Flimkien Għal Ambjent Aħjar qalet li tappoġġja l-proposta tal-Kamp Emerġenza Ambjent, biex Manoel Island issir Park Naturali.
Flimkien Għal Ambjent Aħjar qalet li diġàc kienet għaddiet din il-proposta f'Ġunju li għadda iżda l-Awtorità tal-Ippjanar baqgħet ma proċessatx il-proposta.