Attivisti f’Pariġi jimblukkaw il-maħżen ta’ Amazon

Folla attivisti Franċiżi nġemgħu biex għalqu d-dħul għall-maħżen ta’ Amazon fin-Nofsinhar ta’ Pariġi. L-attivisti kienu qed jipprotestaw kontra l-impatt li jħalli fuq l-ambjent il-konsumeriżmu.

L-attivisti ffurmaw katina umana kif ukoll waddbu fridġis u microwaces antiki quddiem il-maħżen ta’ Amazon. Irnexxielhom ukoll jimblukkaw it-trakkijiet tat-tagħbija milli jgħaddu.

Il-pulizija kkontrollat u waqqfet lill-attivisti, li f’moħħhom kellhom li jħarbtu l-kummerċ ta’ Black Friday. B’risposta għal dan, Amazon qalet li tirrispetta d-drittijiet li kulħadd għandu biex jipprotesta, iżda akkużat lill-attivisti li xerrdu allegazzjonijiet foloz.

L-ambjentalisti akkużaw lil Amazon li qed jgħaġġel it-tibfil fil-klima permezz tas-servizzi li joffri ta’ twassil ta’ pakketti b’mod mgħaġġel. Skont l-ambjentalisti dan qed jikkontribwixxi għal aktar emmissjonijiet.