Attenzjoni: Titmax lill-kelb tiegħek bl-ikel 28/14 ACTIVE

Id–Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti javża lill-pubbliku biex ma jużax boroż tal-ikel tal-klieb ta’ 20 kilogramma bl-isem ‘28/14 ACTIVE’ (numru tal-lot 922112007).

Dan għaliex l-ikel hu kkontaminat u jista’ jwassal għall-mewt tal-kelb.  Għal din ir-raġuni, il-prodott qed jiġi rtirat mis-suq lokali.

Għal iktar informazzjoni tista’ iċċempel id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja fuq in-numru 2292 5187 jew fuq in-numru 2292 6367.