ATTENZJONI: Bżonn ta’ ħafna demm!

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lill-pubbliku b’mod partikolari lid-donaturi tad-demm biex imorru jagħtu d-demm mill-aktar fis possibbli.
Spjega li s-sitwazzjoni hija nkwetanti ħafna hekk kif ilbieraħ ġabru 19-il borża biss.
Jekk illum ma titlax ir-riserva, jista’ jkun hemm riperkussjonijiet u konsegwenzi mhux mixtieqa fuq il-pazjenti.