Attenti, xi ħadd għamel profil falz ta’ Facebook f’ismi – Ira Losco

Ira Losco wissiet lis-segwaċi tagħha li xi ħadd ħoloq profil ta’ Facebook falz f’isimha.
Qalet li tnejn minn sħabha avżawha b’dan u ddiżassoċjat ruħha kompletament minn kwalunkwe materjal li jitla’ fuq dan il-profil.
Fi ftit ħin kienu ħafna dawk li esprimew solidarjeta ma’ Ira u reġgħu awgurawlha għar-rebħa tas-Sibt li għadda.
Aktar kmieni ukoll fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook Losco tkellmet ukoll dwar il-kruha tal-bullying. Fil-passat il-kantanta kienet diġa tkellmet ħafna dwar dan kollu u dwar esperjenzi personali li kellha fil-passat.
Pero’ issa qalet li se tuża l-festival li jarawh miljuni madwar id-dinja biex tqajjem kuxjenza dwar il-kruha tal-problema u kemm ibati min jgħaddi minnha.