Attenti xħin toħorġu bil-klieb

Rapporti ta’ velenu fit-toroq

Ritratt: Caters News Agency

Sid ta’ kelb fix-Xagħra jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif tard ilbieraħ filgħaxija meta ħareġ il-kelb jimxi, dan kiel zalzett li kellu l-velenu fih. Huwa kkuntattja lill-veterinarju li minkejja li kien tard billejl intervjena fil-ħin u neħħa l-velenu mis-sistema tal-kelb. Dan il-każ ġara fi Triq 28 ta’ April 1688.

Newsbook.com.mt ikkuntattja lis-Sindku tax-Xagħra Christian Zammit, li kkundanna l-każ u qal li se jitlob lill-Pulizija biex jintervjenu. Is-Sindku appella lill-Ministru għad-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo biex jidħlu fis-seħħ liġijiet ġodda dwar min jista’ jixtri l-velenu. Huwa stqarr li l-annimali huma l-aqwa ħbieb tal-bniedem.

Sid il-kelb, minn naħa tiegħu, appella biex kulħadd joqgħod attent xħin joħroġ lill-klieb jimxu. Sostna li kien ħa jirrapporta lill-Pulizija, “għax din mhux l-ewwel darba li ġrat lil annimali oħra”.

Il-velenu qiegħed jitpoġġa barra t-triq biex joqtlu il-qtates abbandunati barra.