Attenti! ​Wire Prepay mhix awtorizzata taħdem f’Malta – MFSA

L-entità li qed taħdem fuq l-internet, bl-isem ta’ Wire Prepay, li turi indirizz mhux komplut f’Malta numru tat-telefon Malti, mhix reġistrata f’Malta u lanqas mhi liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod mill-MFSA biex tipprovdi servizz finanzjarju.
L-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) stess saħqet dan hekk kif wissiet lill-pubbliku, f’Malta u barra mill-pajjiż, biex ma jidħlu f’ebda tranżazzjoni ta’ servizzi finanzjarji sakemm ma jkunux aċċertaw irwieħhom li l-entità li jkunu se jafdaw, tkun awtorizzata.
L-MFSA spjegat li din l-entità partikolari qed taħdem permezz tas-sit elettroniku www.wireprepay.com u tgħid li hi ‘kumpanija finanzjarja’ awtorizzata li toffri prepaid cards, credit cards, debit cards u pproċessar ta’ pagamenti u trasferiment ta’ flus.
L-MFSA fakkret li l-lista ta’ entitajiet liċenzjati minnha hi aċċessibbli mis-sit uffiċċjali tagħha, hawn