Attenti: Telefonati taparsi tal-Microsoft

Microsoft Malta qed tavża lill-pubbliku biex ma jaqax fin-nasba ta’ dawk li qed iċemplu f’isem il-kumpanija jgħidulhom li għandhom virus fil-kompjuter.
Jidher li waħda minn dawn l-iscammers, li qalet li jisimha ‘Linda Watson minn Microsoft fi Florida’ u kellha aċċent tal-Ewropa tal-Lvant, bdiet tgħid lill-klijenti Maltin li l-kompjuters tagħhom huma vulnerabbli u li jinsabu f’riskju li jieħdu virus.
“Linda” u mara oħra b’aċċent Indjan qal lill-klijenti biex jixtru prodotti jew sottoskrizzjonijiet ta’ anti-virus.
Microsoft Malta għamlitha ċara li qatt ma tikkuntattja lill-konsumaturi bit-telefon u qatt ma tfittex li tipprova tbigħ prodotti tagħha permezz ta’ telefonata.
Il-klijenti tal-kumpanija għandhom jinjoraw it-telefonati u jirrappurtaw minnufih lill-awtoritajiet lokali.