Attenti minn messaġġi qarrieqa!

Vodafone Malta għadha kif saret taf dwar scam li qed iddur bħalissa, fejn klijenti qed jirċievu SMS biex iċemplu numru barrani urġenti. Il-kumpanija qed tinforma lill-klijenti biex ma jċemplux u ma jibgħatux risposta fuq dan in-numru għax inkella jħallsu żejjed jew ikollhom iħalsu rata għola.
L-sms jgħid xi ħaġa hekk: “Nawgurawlek għax int rebbieħ. Id-direttur tal-bank jinsisti li ċċempel immedjatament b’xejn biex tirċievi iċ-ċekk tiegħek illum”.
Kull min jirċievi dawn il-messaġġi hu mħeġġeġ jibgħat e-mail biex jirrapporta l-kwistjoni fuq reportspam.mt@vodafone.com.