Attenti minn biċċiet tal-plastik fil-kafè

Id-Direttorat għas-Saħħa qed iwissi lill-pubbliku biex joqgħod attent x’kapsuli juża fil-kafè, peress li hemm uħud minnhom li jista’ jkun għandhom biċċiet tal-plastik żgħar fihom.

Fi stqarrija maħruġa llum, ġie spjegat illi skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku li kapsuli tal-kafè tad-ditta Conad, kompatibbli mal-magni Nescafe Dolce Gusto għandhom difett li jaf jirriżulta f’biċċiet tal-plastik.

Il-lottijiet huma minn L19149 sa L19339 u l-varjetajiet imsemmija huma dawn:

Caffè Espresso Intesno: 16-il kapsula; 96gBarcode: 8003170066106
Caffè Espresso 100% Arabica: 16-il kapsula; 96g  Barcode: 8003170066090
Caffè Espresso Decaffeinato: 16-il kapsula; 96gBarcode: 8003170066113
Orzo: 16-il kapsula; 100gBarcode: 8003170066120
Caffè e Ginseng: 16-il kapsula; 160gBarcode: 8003170068124
Cortado: 16-il kapsula; 100gBarcode: 8003170068131