Attenti mill-konkrit!

Is-sewwieqa li bi ħsiebhom jgħaddu mit-Telgħa t’Alla u Ommu, fid-direzzjoni tan-Naxxar, aħjar joqgħodu attenti hekk kif bħalissa għaddej xogħol ta’ tindif wara li waqgħu għadd ta’ brikks tal-konkrit minn fuq trakk.
It-trakk kien qed isuq fil-karreġġjata ta’ barra.
Almenu terz tal-brikks fil-kaxxa tat-trakk spiċċaw f’nofs it-triq u bħalissa qed jinġabru bl-idejn.  

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates