Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż dwar tliet prodotti differenti: qriemeċ bil-ġunġlien, ottijiet miksijin biċ-ċikkulata u mgħarfa mtaqqba.
Dawn l-avviżi ħarġu skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002
Fil-każ tal-qriemeċ bil-ġunġlien u l-ottijiet, dawn jaf fihom kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien. F’dawn l-aħħar ġimgħat instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhuwiex approvat.
Prodott | Croccante con Sesamo (Qriemeċ bil-ġunġlien) |
Ditta | Crownfield ‘Limited Edition’ |
Piż | 50g |
Jiskadi | 12/2021 (l-aħħar ta’ Diċembru 2021) |
Lottijiet | L201019 u L201021 |
Prodott | Ottijiet / Ottijiet miksijin biċ-ċikkulata |
Ditta | Busy Bee |
Piż | 320g |
Jiskadi | Id-dati kollha bejn u inkluż it-3/12/2020 sal-24/03/2021 |
Lottijiet | Il-lottijiet kollha minn u inkluż OTT768 sa OTT804 |
L-imgħarfa nstab li fiha livelli ta’ Primary Aromatic Amines (PAAs) aktar minn dawk stabbiliti fir-regolamenti. Primary Aromatic Amines (PAAs) huma grupp ta’ sustanzi kimiċi li jiffurmaw f’ċerti industriji ta’ manifattura bħal-linka li tintuża għall-istampar fuq kartun u plastik, fost l-oħrajn. Jistgħu jiffurmaw ukoll meta jinħadem ċertu tip ta’ plastik li jkun flessibli.
Xi PAAs jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa, għaldaqstant ma jistgħux jinstabu f’livelli aktar minn dak permess fil-liġi, speċjalment fi prodotti li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-ikel.
Deskrizzjoni tal-prodott | Mgħarfa mtaqqba, magħmula minn plastik iswed u manku tal-metall |
Numru tal-barcode | EAN 4326470445032 |
Oriġini | Magħmula fiċ-Ċina, impurtata mill-Ġermanja |