“Attenti jekk taraw basket maqful f’nofs ta’ triq”

Mara li sabiet frieħ ta’ qtates maqfulin f’basket tal-plastik fil-ġenb tat-triq appellat lill-pubbliku sabiex meta jkun qed isuq, joqgħod attent jekk jara xi basket fit-triq u jagħmel minn kollox biex ma jgħaddix minn fuqu.

Fuq Facebook kitbet kif speċjalment f’dan iż-żmien, jekk wieħed jara basket fit-triq jew inkella xi kaxxa tal-kartun, jiftaħhom u jara li ma hemmx xi qtates jew klieb mormijja fihom.

Appellat speċjalment għas-sewwieqa tal-karozzi sabiex joqgħodu attenti u jiskapulaw il-basktijiet li jaraw fit-toroq. Qalet li jekk possibbli jinżlu u jiftħuhom ħalli jaċċertaw li l-ebda kreatura ma tmut f’dawn il-kundizzjonijiet.

Għaldaqstant talbet lill-pubbliku sabiex jiftaħ għajnejh u widnejh meta jkun fit-triq, viċin ta’ xi boroż taż-żibel jew fil-kampanja.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=10156082028501470&set=a.10151499031766470&type=3&theater