Attenti fit-triq; ħajjitna tispiċċa ta’ taħt fuq fi ftit sekondi – It-Tabib Spiteri

Tabib li jaħdem fuq l-ambulanzi tal-emerġenza sostna li kulħadd għandu parti fis-sigurtà tat-toroq. Spjega kif ħajjet dak li jkun tinqaleb ta’ taħt fuq fi ftit sekondi meta jseħħ inċident.

Dan qalu permezz ta’ messaġġ fuq Facebook waqt li l-ambulanza u tim mediku kien qed jassisti waqt inċident stradali li seħħ kmieni dalgħodu.

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Birkirkara

Sostna li l-ambulanzi u t-timijiet mediċi tal-Isptar Mater Dei jaħdmu bis-sħiħ sabiex jipprovdu l-għajnuna lill-persuni kollha li għandhom bżonnha. Iżda insista li hemm bżonn li bħala pajjiż nibdew nożżu kultura ta’ sigurtà. Spjega li b’inċident serju, il-ħajja ta’ persuna u ta’ dawk ta’ madwarha tinbidel f’temp ta’ sekonda.

Intant irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-emerġenza li anke fis-sigħat l-aktar bikrin jagħtu l-assistenza immedjata tagħhom.

As I write this post, ambulance and medical teams from Mater Dei hospital are working hard to provide emergency care to…

Posted by Michael Spiteri on Wednesday, December 12, 2018