Attentati ta’ serq permezz ta’ messaġġ; ara kif tista’ tevita dan

Il-Bank qed iwissi lill-klijenti kif ukoll lill-pubbliku b’mod ġenerali li rċivew jew jista’ jkun li jirċievu messaġġi li jgħidu li attività suspettuża ġiet innutata fuq l-Internet Banking tagħhom u li se jiġu trasferiti għal sit elettroniku differenti. Is-sit elettroniku huwa falz u minn fuqu qed jinġabru d-dettalji tal-Internet Banking tal-persuni li jkunu aċċettaw li jkunu trasferiti għal dan is-sit elettroniku.

Fi stqarijja, Bank Of Valletta qalet li dan il-messaġġ mhux qed jintbagħat mill-bank u l-pubbliku qed ikun imħeġġeġ biex ma jagħfasx fuq il-link u ma jdaħħalx id-dettalji tagħhom. Il-bank fakkar li min-naħa tiegħu, dettalji personali tal-klijent qatt ma jintalbu fuq is-sit elettroniku.

Għal aktar għajnuna wieħed jista’ jċempel lill-Customer Service Centre fuq 21312020 jew fuq is-sit elettroniku.