Attentat ta’ serqa ta’ iktar minn €1 miljun minn Klabb tal-Premier League

Klabb tal-Premier League għal naqra ma tilifx iktar minn €1 miljun waqt trasferiment kawżat ta’ attentat ta’ serqa minn frodisti fuq l-internet.

Iċ-Ċentru Nazzjonali għas-Sigurtà (NCSC) fuq l-Internet Ingliż qal din is-serqa ġiet imwaqqfa bl-eżatt grazzi għall-intervent tal-bank tal-klabb tal-futbol. L-isem tal-klabb s’issa għadu ma ġiex żvelat.

Fi stqarrija l-NCSC qalet li l-imejl address tad-direttur maniġerjali tal-klabb tal-Premier League involut f’dan il-każ ġie hacked waqt li kien qed jagħmel transfer waqt xi negozjati għal klabb, f’liema ħin sar attentat biex jinsterqu ftit iktar minn miljun ewro.

L-attentat sar billi l-hackers tfew is-sistemi tas-sigurtà tal-Klabb tal-Premier League.

L-aħbar ġiet żvelata tard il-Ħamis waranofsinhar, fejn l-NCSC qalet li dan hu biss wieħed mill-każijiet li juru li hemm bżonn li fl-isport tiżdied is-sigurtà onlajn.