Attentat ta’ serqa fl-Imsida; raġel arrestat

Raġel li huwa ssuspettat li pprova jisraq minn ħanut fl-Imsida għall-ħabta ta’ nofsinhar kien arrestat.
Iktar kmieni kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u informa li ġuvni ta’ 28 sena ġie arrestat.
Il-Pulizija fi stqarrija qalet li tfajla ħarġet mill-ħanut u marret fuq il-Pulizija waqt li dawn kienu għaddejjin bir-ronda.
Waqt it-tfittxija għall-aggressur, il-Pulizija sabu raġel ieħor bil-ġrieħi. Jidher li l-istess agressur prova jisraq mingħand it-tieni ħanut.
Ir-raġel ta’ 54 sena mis-Siġġiewi ittieħħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġireħi gravi.
L-allegat aggressur ġiet arrestat fl-Imsida fejn kien qed jipprova jisraq minn ħanut ieħor. Ir-raġel għandu 28 sena u jgħix f’Tas-Sliema.