Attentat ta’ serqa fl-Imsida; sid il-ħanut gravi

jaqa travu gravi

Sid ħanut tat-tabakk fl-Imsida weġġa’ gravi wara li kmieni dalgħodu raġel ieħor allegatament ipprova jisirqu hu u jiftaħ il-ħanut.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq ix-Xatt.

Il-pulizija spjega li r-raġel ta’ 72 sena min-Naxxar kien qed jiftaħ il-ħanut meta raġel avviċinah b’arma taqta’ u bil-ponta u talbu l-flus. Sid il-ħanut ma riedx jikkopera u għaldaqstant daħlu fi ġlieda fejn l-aggressur allegatament ta daqqa ta’ xi ħaġa iebsa lil sid il-ħanut.

L-aggressur ħarab minn fuq il-post mingħajr ma seraq xejn. Il-Pulizija tinsab f’ħidma sabiex jinstab.

Fuq il-post issejħet ambulanza li tat l-ewwel għajnuna lis-sid tal-ħanut qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mal-Maġistrat Dr Monica Vella.