Aġġornata: Raġel mgħammad arrestat wara serqa f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel mgħammad ġie arrestat mill-Pulizija wara li daħal jisraq ħanut f'Ħaż-Żebbuġ.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar fi Triq Mikielanġ Sapiano. Skont il-Pulizija, ir-raġel seraq ammont ta' flus kontanti minn ħanut u ħarab mill-post. Il-kelliem qal li r-raġel ma kienx armat u li ma kienx qed juża' vettura. 
Aktar tard fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel għandu 52 sena u joqgħod ir-Rabat. Huwa kien qed jinżamm minn xi nies wara li ħarab u mbagħad ġie arrestat.
Skont il-Pulizija ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.