Aġġornata (2): Ritratti: Jidħol b’arma finta f’bank fiż-Żejtun

info@newsbook.com.mt

Raġel ta’ 76 sena ġie arrestatat wara li pprova jwettaq serqa b’arma finta f’fergħa tal-bank HSBC fiż-Żejtun.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-11.15 am. Skont il-Pulizija r-raġel ħarab minn fuq il-post bil-mixi imma ġie arrestat aktar tard mill-Pulizija. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Fi stqarrija, kelliem għall-HSBC qal li l-klijenti u l-ħaddiema tal-bank huma kollha siguri. Irringrazzja lill-Pulizija għall-ħidma effettiva. Il-kelliem qal li peress li dan l-inċident qed jiġi investigat, il-bank ma jistax jikkummenta aktar dwaru. Il-fergħa taż-Żejtun se tkun qed tiftaħ għada bħas-soltu.

Google Maps

Ir-raġel daħal fil-bank mgħammad. Hu ġie arrestat mill-Pulizija tal-RIU u tas-CID.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ma nsteraq xejn waqt dan il-każ. Ir-raġel qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.