Attentat ta’ cyberattack fuq Delia – PN  

Il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li persuna jew persuni mhux magħrufa minn madwar l-Ewropa llum ippruvaw jagħmlu cyberattack u jakkwistaw l-aċċess għall-profil tal-Kap tal-PN Adrian Delia fuq Twitter.

Fi stqarrija, il-PN qal li l-persuni responsabbli mill-paġni tal-mezzi soċjali tal-Kap tal-partit ħadu l-passi kollha meħtieġ sabiex jissalvagwardja l-profili li fuqhom kien se jsir is-cyberattack.

Skont il-PN dan huwa każ ieħor li jingħaqad “mas-sensiela ta’ attakki li qegħdin isiru” fuq Delia.