Attentat b’karozza bomba fuq il-Ministru Eġizzjan

Il-Ministru Eġizzjan tal-Intern ħelisha ħafif wara attentat ta’ karozza bomba fil-Kajr.

Il-Ministru Ibrahim ikkundanna dan l-attakk u sostna li dan kien attentat kodard min-naħa tat-terroristi.

L-attakk seħħ meta l-Ministru flimkien ma uffiċjali oħra kien fi triqtu lejn il-Ministeru mid-dar tiegħu f’Nasr.

Għalkemm Nasr hija belt ikkunsidrata fortizza tal-Fratellanza Musulmana, mhux magħruf jekk kienux involuti f’dan l-attentat.

Fl-isplużjoni indarbu żewġ kuntistabbli tal-Pulizija filwaqt li tifel li kien fil-ġenb tat-triq weġġa siequ.